Stqarrija ghall-istampa – 16 ta' Settembru 2016

General
September 16, 2016

Delegazzjoni mill-Malta Insurance Association, mmexxija mid-Direttur Generali, s-Sur Adrian Galea iltaqghet mal-Kummissarju tal-Pulizija, s-Sur Lawrence Cutajar. Din iz-zjara serviet biex ssahhah il-kollaborazzjoni li diga tezisti bejn l-Assocjazzjoni u l-Korp tal-Puluzija.

Matul il-laqgha, iz-zewg nahat ddiskutew aspetti dwar nfurzar ta’ regolamenti, ic-cirkulazzjoni ta’ vetturi bi pjanci barranin kif wkoll il-kontenut tar-rapporti (li huma mehtiega mill-Assiguraturi) mfassla wara incidenti tat-traffiku u hsara fuq propjeta.

Bis-sahha ta’ l-ghotja ta’ 15 il-breathalyzer kits li l-MIA ghamlet lejn l-ahhar tas-sena li ghaddiet, il-Puluzija Maltija illum il-gurnata setghet ssahhah is-sorveljanza ta’ dawk li jsuqu taht l-influwenza tax-xorb alkoholiku, biex b’hekk tizdied is-sigurata fit-toroq taghna. Kawza ta’ dan l-infurzar, aktar u aktar nies qed jitresqu il-qorti kif jispjega tant tajjeb is-sit elettroniku ‘TISPOL’ (European Traffic Police Network). Barra minn hekk, bis-sahha ta’ ghotja ta’ Kameras Digitali mill-MIA lejn l-ahhar tal-2015, il-Pulizija hija mghammra, bhalma huma l-Wardens, bl-apparat necessarju sabiex tonqos il-kongestjoni tat-traffiku kawza ta’ habtiet bejn vetturi.

Iz-zewg nahat tennew l-importanza ta’ l-infurzar tar-regolamenti tas-sewqan kif wkoll il-qbil li ghandha tigi ntrodotta ghas sewwieqa kollha, is-sistema tal-Penalty Points mill-aktar fis possibli. Iz-zewg nahat esprimew ix-xewqa li din il-kollaborazzjoni tkompli tikber fix-xhur li gejjin.