Stqarrija għall-istampa

General
January 06, 2016

Tnejn u għoxrin persuna llum tressqu  l-qorti akkużati li qarrqu jew ippruvaw iqarrqu numru ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ghal diversi eluf ta’ ewro fi klejms fuq vetturi. L-allegat frodi seħħet bejn l-2009 u l-2012. Xi whud diga ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.

Dawn il-kazijiet tal-llum huma l-aħħar episodju fil-battalja kontinwa li l-industrija tal –assigurazzjoni ila tiggieled kontra l-frodi, u huma rizultat ta’ investigazzjonjiet intensivi mill-pulizija wara li xi assiguraturi ntebħu b’ attivita suspettuza permezz ta’ software sofistikat kontra l-frodi li kienu investew fih.   L-inċidenti tal-allegat frodi kienu jinkludu ncidenti fabbrikati, spejjez esagarati u s-sottomissjoni ta’ klejms fuq l-istess vetturi li ma jkunux gew imsewwija ma assiguraturi separati.

Il-Malta Insurance Association tixtieq tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja l- Economic Crimes Unit tal-Pulizija, b'mod partikolari l-Ispettur Rennie Stivala, u lill-assiguraturi kkonċernati għall-isforz li għamlu u għall-kollaborazzjoni qawwija ta’ bejniethom li għenet  biex jintlaħaq dan ir-riżultat.

Il-frodi fl-assigurazzjoni spiss titqies bħala reat li ma jhalliex vittmi. Ir-realtà hija differenti ħafna. L-ammont ta’ premium imħallas mill-klijenti huwa affettwat negattivament minn spejjeż addizzjonali bhala rizultat ta’ frodi fil-klejms. L-Assiguraturi għalhekk ser jibqghu viġilanti ghal kull attivita’ suspettuża biex ikunu certi  li klijenti onesti ma jispiċċawx jissussidjaw klejms foloz permezz ta’ premiums aktar għoljin.