Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-karozzi jridu tibdil fis-sistema tal-punti - Insurance Association Malta

Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-karozzi jridu tibdil fis-sistema tal-punti

Uncategorised
February 16, 2018

IL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KAROZZI JRIDU TIBDIL FIS-SISTEMA TAL-PUNTI

l-kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-karozzi jridu tibdil fis-sistema tal-punti li jiriflettu anke l-ħlasijiet għall-premium u anki tibdil fl-amministrazzjoni tas-sistema penali tal-punti għas-sewwieqa.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni (MIA) qed tisħaq li s-sistema tal-punti fis-sewqan tista’ tkun iktar effettiva jekk isir tibdil il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jibdew jużawha huma wkoll. Tgħid li b’dan l-aġġustament, il-prezzijiet ikunu aktar ġusti mas-sewwieqa biex min ikun kiser ir-regolamenti jħallas aktar filwaqt li dawk li jsuqu b’mod responsabbli jkunu jistgħu jħallsu inqas.

L-MIA ppreżentat dawn is-suġġerimenti fi stqarrija fejn qajmet ukoll it-tħassib imressqa mill-GRTU fejn jgħidu li l-operaturi u s-sidien ta’ kumpaniji qiegħdin ibatu minħabba li aktarx is-sistema mhix qed tiġi mħaddma tajjeb mill-Aġenzija għas-Sistema ta’ Infurzar Lokali (LESA).

L-Assoċjazzjoni nnutat b’sodisfazzjon il-bidla fl-atteġġjament pożittiv u s-sewqan kawtel li s-sistema tal-punti ġaet magħha tul dawn l-aħħar xahrejn kemm ilha fis-seħħ. Filwaqt li tirrikonoxxi li s-sistema tal-punti tista’ titjieb, l-Assoċjazzjoni qed tgħid li huwa fl-interess ta’ kulħadd li jkun hawn iktar sigurtà fit-toroq.

Kif rappurtata f 'newsbook, 9 ta Frar 2018