The Front-to-Rear form is an accident report which is to be completed by the parties involved in a minor bumper-to-bumper collision.

There are full instructions on how to compete the statement on the form itself which we recommend you read.  These are some important points to remember:

  • You can move the vehicles prior to filling the form. In fact, do not fill the form in the middle of a road where you are impeding in any way the flow of traffic.  This is an offence and a police officer is entitled to fine you if you do so.
  • If you are able to, you should take pictures of the collision then move the vehicles to a safe spot where you can fill in the form.
  • Complete all parts of the form, try not to leave anything out.
  • You do not have to agree with the other party on how the accident occured. Do not enter into arguments on site, simply complete your side of the form with your version of events.
  • Remember to fill in one form, and then each party is to keep a copy. Pass this on to your insurer when reporting a claim.
  • If you are involved in a collision between three vehicles, two forms will need to be completed.
  • You may use the form for other small collisions, such as causing minor damage to a parked vehicle, as long as the other party agrees.

Remember, the Local Wardens are instructed not to attend to accidents which are bumper-to-bumper.

You should always keep a copy of the Front to Rear form in your car, kindly ask your insurer for a copy if you do not have one.

Should you wish to display the Front to Rear Form kindly click here 

_______________________________________________________________________________

Il-formola Front-to-Rear għandha timtela mill-partijiet li jkunu involuti f’inċident minuri bħal ma hu bumper-to-bumper.

Fil-formola nnifisha ser issib struzzjonijiet dwar kif għandek timlieha, u nissuġerrixxu li taqrahom.  Dawn huma xi punti importanti li għandek iżżomm f’moħħok:

  • Tista’ ċċaqlaq l-vetturi qabel tibda timla l-formola. Fil-fatt, qatt ma għandek timla l-formola fuq il-post jekk tkun qed b’xi mod tostakola t-traffiku.  Din hija kontravenzjoni u tista’ tiġi mmultat minn puluzija jekk tagħmel hekk.
  • Jekk għandek biex, ħu ritratti tal-ħabta mbagħad ċaqlaq il-vettura f’post sigur fejn tista’ timla l-formola.
  • Imla kull parti tal-formola, ipprova li ma tħalli xejn barra.
  • M’hemmx bżonn li tiftiehem mal-parti l-oħra dwar kif seħħ l-inċident. Tidħolx f’argumenti fuq il-post, kulma għandek tagħmel hu li timla l-parti tiegħek tal-formola kif jidhirlek int.
  • Ftakar li għandha timtela formola waħda, u kull parti żżomm kopja. Din ghaddiha
    lill-assiguratur tiegħek meta tagħmel klejm.
  • Jekk il-kolliżjoni tinvolvi tliet vetturi, għandhom jimtlew żewġ formoli.
  • Tista’ tagħmel użu minn din il-formola anki għall-inċidenti minuri oħra fejn il-ħsarat huma żgħar, pereżempju jekk tolqot karozza pparkjata. Dan sakemm il-parti l-oħra taqbel li jsir hekk.

Ftakar li l-gwardjani lokali għandhom struzzjonijiet biex ma jmorrux fuq is-sit ta’ inċidenti bumper-to-bumper.

Għandek dejjem iżżomm kopja tal-formola Front to Rear fil vettura tiegħek. Jekk m’għandekx waħda itlob lill-assikuratur tiegħek biex jipprovdilek kopja.

Jekk tixtieq tara id-dokument tal-Front to Rear jekk joghgbok klikkja hawn