Stqarrija ghall-istampa – 3 t'Awwissu 2016

General
August 03, 2016

Il-Malta Insurance Association hija mhassba dwar iz-zieda allarmanti fl- incidenti tat-traffiku li qed ikunu ta’ kagun ta’ mwiet jew korrimenti fit-toroq taghna. Matul din is-sena, diga kellna 11 il-fatalita’, filwaqt li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, rajna zieda ta’ 29% fin-numru ta’ nies li korrew kawza ta’ incidenti tat-traffiku meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena l-ohra. Il-Membri ta’ l-Assocjazzjoni ta’ sikwit jigu wicc imbwicc ma’ tragedji personali kif ukoll telf finanzjarju kawzati minn incidenti tat-traffiku. L-MIA tixtieq tiehu din l-opportunita biex turi s-soghba taghha mal-familjari ta’ dawk li tilfu hajjithom fit-toroq taghna kif ukoll ma’ dawk li ghal xi raguni jew ohra soffrew inkonvenjent kawza tal-griehi jew korriment li garrbu.

Bhala rapprezentanti tal-kumpaniji ta’ l-Assigurazzjoni f’Malta, il-Membri taghna jhossu l-htiega li naghtu sehmna f’dan id-dibattitu nazzjonali dwar dak kollu li ghandu x’jaqsam mat-traffiku ghaliex ilkoll nhossu li nistghu nikkontribwixxu b’xi mod. Bhala membri attivi fi hdan il-Malta Road Safety Council li twaqqaf minn Tranpsort Malta fl-2015, ahna inkomplu nesigu u nwettqu fil-prattika soluzzjonijiet prattici sabiex l-importanza ta’ sigurta fit-toroq taghna hija mharsa. Hafna drabi dawn is-soluzzjonijiet prattici huma ta’ piz finanzjarju kbir ghall-istess kumpanniji ta’ l-Assigurazzjoni.

Filwaqt li l-MIA tfahhar il-pass li Transport Malta ghamlet kif wkoll il-forzi ta’ l-ordni u specjalment il-Puluzija bil-hidma taghhom fit-toroq ta’ Malta, qieghed jsir aktar evidenti ghalina l-importanza ta’ nfurzar effettiv fit-tharis tar-regolamenti tat-toroq u s-sewqan.

Filwaqt li l-MIA taqbel mal-kuncett ta’ pieni horox marbuta ma’ ksur ta’ regolament specjalment fil-kaz ta’ sewqan taht l-influwenza ta’ l-alkohol kif wkoll uzu ta’ mobajls waqt is-sewqan, fejn din ta’ l-ahhar saret ferm komuni illum il-gurnata, l-Assocjazzjoni thoss li jista jsir ferm iktar.   Mhux talli l-Puluzija ghandha bzonn ir-rizorsi u l-ghodda necessarji sabiex tkun effettiva fl-infurzar tal-ligi, izda ghandha bzonn dawk il-bidliet kollha necessarji fil-ligi sabiex twettaqhom bis-sahha u il-poter li ttiha l-istess ligi. Mhux l-ewwel darba li nisimghu b’kazijiet fejn ix-xorb alkoholiku seta’ kien il-kawza ta’ incidenti izda peress it-test tal-presenza ta’ l-alkohol ma sarx jew ma sarx f’waqtu irrizulta ‘nuqqas ta’ provi li setghu ghenu lil Puluzija biex jippocedu. Kien ghalhekk li l-MIA hadet l-inizzjattiva sabiex tghin lil Puluzija Maltija b’ghotja ta’ 15 il-Breathalyzer Kits f’Dicembru tas-sena li ghaddiet. Filwaqt li l-Assocjazzjoni ghamlet dan il-pass minn jeddha, thoss li dawn il-kits huma mportanti ferm sabiex nkomplu nizguraw is-sigurta fit-toroq taghna u tistenna ghalhekk li jintuzaw b’mod regolari u fejn hemm bzonn. L-MIA hija wkoll tal-fehma li wasal iz-zmien fejn il-Puluzija jkollha is-seta’ li taghmel dawn it-tip ta’ tests fuq sewwieqa b’mod assolutament kazwali u li dawn it-tests jsiru kull darba, b’mod mandatorju, ma’ kull incident serju tat-traffiku. Huwa car li d-deterrent li jgib mieghu test bhal dan mhuwiex jaghti r-rizultati mehtiega ghaliex iktar u iktar sewwieqa jhossu li jistghu jiehdu cans u jirriskjaw jsuqu waqt li jkunu taht l-effett tax-xorb alkoholiku. Dan ir-riskju jittiehed ghaliex jahsbu li wara kollox ic-cans li tinqabad jew li tahbat huwa wiehed zghir. Minghajr ma ninstemghu pessimisti zzejjed, se nibqghu nisimghu b’ahbarijiet tragici fejn nies ikorru jew aghar minn hekk, imutu kawza ta’ l-effett tax-xorb u sewqan bl-addocc jekk ma ssirx xi haga konkreta u minnufih tabiex titaffa din il-problema, li fl-opinjoni tal-MIA hija wahda Nazzjonali.

Il-kwalita tat-tiswijiet li jsiru wara li vettura tkun involuta f’incidenti kif ukoll iz-zamma tal-vetturi huma aspetti ohra li l-MIA ghandha ghall-qalbha u huma relevanti fil-kuntest wiesgha ta’ incidenti tat-traffiku, dan ghaliex il-vetturi li nuzaw ta’ kuljum huma hafna iktar moderni u teknologikament avvanzati milli qatt kienu. Dan johloq xi ftit tat-thassib li n-nuqqas ta’ taghrif aggornat fit-tiswija, l-uzu ta’ prattici antikwati u/jew zbaljati kif wkoll n-nuqqas fl-uzu ta’ ghodod specjalizzati jista jikkompromettu sistemi tas-sigurta’ li vettura kienet moghnija bihom u li qeghdin hemm specifikament sabiex jipprotegu ir-rikkieba kollha. Ghal din ir-raguni  uhud mill-Kumpaniji ta’ l-Assigurazzjoni ewlenin illum il-gurnata jiffurmaw parti mill-Motor Insurance Repair Efficiency – grupp mwaqqaf madwar tliet snin ilu.  Wahda mill-inizjattivi li ttiehdet kienet li t-tnehdija ta’ sistema li bis-sahha taghha, garaxxijiet involuti f’ dan ix-xoghol ta’ tiswijiet jkollhom il-facilitajiet taghhom spezzjonati u jinhargilhom ‘rating’ skond standards internazzjonali. Din l-inizzjativa tghin sabiex is-sewwieqa jkunu nfurmati tajjeb qabel ma jaghmlu l-ghazla taghhom fejn ghandhom isewwu il-vettura taghhom li kienet involuta f’habta. Dan il-grupp nvolut fil-progett MIRE hadmu mill-qrib ma’ kumpannija rinomata Spanjola – CESVIMAP li ghandha presenza globali u li hija specjalizzata f’dan il-qasam. Mhux inqas minn 68 garaxx li rregistraw b’mod volontarju f’din l-iskema ta’ Quality Vehicle Repairs jew ‘QVR’ diga kienu spezzjonati u issa wasalna fil-process fejn kull wiehed minnhom qed jinghata rendikont dwar il-facilitajiet li kienu spezzjonati u kif dawn jistghu jitjiebu sabiex jitjieb r-rating taghhom. Iktar dwar dan fil-gimghat li gejjin fejn il-pubbliku jkollu l-opportunita biex jsir jaf iktar dwar din l-inizzjattiva tal-grupp MIRE u jaraw b’ghajnejhom iktar garaxxijiet jesponu r-rating taghhom.

L-MIA taghmel appell lis-sewwieqa kollha sabiex jkunu aktar prudenti fis-sewqan taghhom u jkunu konxji mir-riskji li sewqan irresponsabbli jgib mieghu. Hafna drabi, il-konsegwenzi ta’ incidenti li setghu gew evitati jew inkella kagun ta’ traskuragni jibghu jingarru maghna tul hajjitna. Kull min b’xi mod jaghmel uzu mit-toroq taghna, kemm sewwieqa ta’ vetturi u muturi kif wkoll ciklisti, ghandu joqghod attent iktar minn qatt qabel, ghar-riskji fit-toroq taghna li dejjem qeghdin jizdiedu. Ilkoll irridu nifhmu l-importanza tar-regolamenti tas-sewqan li qeghdin hemm bi skop u li hafna drabi jkollna naghmlu tajjeb ghall-izbalji jew traskuragni ta’ haddiehor.   Filwaqt li kulhadd ghandu s-serhan tal-mohh li l-asskurazzjoni tghin sabiex ittaffi mil-pizijiet finanzjarji li jgibu maghhom incidenti tat-traffiku, zgur li ma tistax thassar u ttaffi t-trawma li wiehed jgorr mieghu ta’ kuljum jekk kien hu l-kawza ta’ incident ta’ traffiku li rrizultat f’xi fatalita jew korriment. Biex ma nsemmux l-inkonvenjent li jigi wara li jkun sehh xi incident tat-traffiku. Ghalhekk, l-appell tal- Malta Insurance Association huwa wiehed meqjus fejn kull wiehed minna jista jaghmel differenza u ghandu sehem x’jaghti sabiex it-toroq taghna ikunu aktar siguri ghal gid ta’ kulhadd.