Matul din is-sena The Malta Police Force wettqu 2,000 roadcheck, li jikkumplimentaw ħidma oħra mwettqa mil-LESA u Transport Malta anke fl-istess kontrolli tat-traffiku li jiċċekkjaw il-vetturi. Fl-ewwel tmien xhur tas-sena diġà saru road checks daqs is-sena kollha sħiħa, li ser iwassal biex sal-aħħar tas-sena jilħaq kważi it-triplu li sar tliet snin ilu.
Dan l-infurzar, jibni fuq iż-żieda fil-pieni fl-aħħar snin u kontrolli li żdiedu.
Huwa ċar li minkejja dan, jeħtieġ jiżdied id-deterrent u irridu nħarxu l-liġijiet kontra min jabbuża. Mhux aċċettabbli li xi ħadd jipperikola ħajjet ħaddieħor b’kapriċċ jew bi qżież.
F’Lulju tajna sinjal ċar bl-ewwel qari fil-Parlament, li konna se nimxu f’din id-direzzjoni, anke għax konna qed nagħlqu numru ta’ konsultazzjonijiet interni u anke esterni biex ikollna riforma robusta, li tintroduċi r-roadside drug testing, li tista’ taħdem b’mod b’saħħtu.
Ninsabu f’pożizzjoni li nintroduċu:
1. Testijiet tad-droga mill-Pulizija, fit-triq, simili għall-mod li llum isir tal-alkoħol. Ir-ritratt huwa tat-test li fl-aħħar xhur kien qiegħed isir market research dwaru u jiġi ttestjat, anke bbażat fuq mudelli mħaddma f’Membri Stati oħra.
2. Random Roadside Testing. Fejn testijiet fuq id-droga jew l-alkoħol, isiru anke mingħajr suspett raġonevoli.
3. Sentenza ta' priġunerija effettiva għal min jinstab ħati li qatel persuna, anke involontarju, taħt l-effett tal-alkoħol jew droga. Tkun eliminata l-possibbiltà ta' sentenza sospiża.
4. Ser nerġgħu nsaħħu l-pieni għal min jagħżel li jsuq xurban jew taħt l-effett tad-droga, b’multi eħrex għad-disposizzjoni tal-Qorti.
5. Poter lill-Prosekuzzjoni sabiex titlob li l-liċenzja tas-sewqan tkun sospiża meta l-proċeduri jkunu pendenti. Wara tiddeċiedi l-Qorti.
Din riforma li tibni fuq il-passi li diġà ħadna biex nipproteġu liċ-ċittadin onest u li jaġixxi b’responsabbiltà.
Fil-jiem li ġejjin nibdew id-dibattitu Parlamentari.
Insure with Confidence:
Your Trusted Insurance Hub
It is a non profit-making organisation that represents the views and common interests of all insurance companies in Malta.
More about usMore related news
Salina blast leaves €1.4m insured damage, but many homes had no cover
Government compensation could discourage people from obtaining insurance, association says The dramatic S...more
Read More
IAM – ANNUAL GENERAL ASSEMBLY 2026
The Insurance Association Malta has held its Annual General Assembly on Wednesday, 17th June 2026, during w...more
Read More
The real cost of a crash is after the road reopens
A reckless driver does not slow down because a law has been introduced... Behaviour will only change when pe...more
Read More
Social Icons