Ftit aktar minn ħames mitt sewwieq li għamlu t-test tan-nifs, instab li kienu qegħdin isuqu taħt l-effett tal-alkoħol fuq perjodu ta’ erba’ snin.
Dan joħroġ minn preżentazzjoni li saret mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera waqt konferenza li ttratat is-sewqan taħt l-effett tax-xorb mill-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoi f’Malta.
Miċ-ċifri ppreżentaturi joħroġ li fl-2016 saru l-akbar ammont ta’ testijiet tan-nifs b’mitejn wieħed u erbgħin test li 188 minnhom irriżultaw fil-pożittiv.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li l-pulizija tat-traffiku jeħtieġu aktar taħriġ biex ikunu jistgħu jwaqqfu aktar sewwieqa li jkunu taħt l-effett tax-xorb u jagħmlulhom it-test tan-nifs.
Qalet li jidher li hemm idea żbaljata dwar l-interpretazzjoni tat-terminu fil-liġi ‘suspett raġonevoli’.
Skont il-liġi, il-pulizija jistgħu jagħmlu biss it-test tan-nifs jekk ikollhom suspett raġonevoli li s-sewwieq qiegħed isuq fis-sakra.
L-Imħallef qalet li għalhekk il-bżonn li dan it-terminu jingħata interpretazzjoni aktar wiesgħa. Qalet li ta’ kuljum isiru eluf ta’ inċidenti u għalhekk il-bżonn li jsiru aktar testijiet tan-nifs.
Id-Direttur Maniġerjali tal-Assoċjazzjoni Adrian Galea tkellem dwar il-politika li nieda l-Gvern s-sena li għaddiet dwar l-alkoħol li ħarxet il-pieni għal min jinqabad isuq xurban tant li permezz tal-bidliet...... Jekk tixtieq taqra l-artiklu kollu, klikkja hawn.
Kif irrapurtat fuq One News fi 12 ta' April 2019, minn Ms Leanne Abela Grech.
Insure with Confidence:
Your Trusted Insurance Hub
It is a non profit-making organisation that represents the views and common interests of all insurance companies in Malta.
More about usMore related news

A step towards safer roads
The time for legislative delay is over… Insurance Association Malta is urging policymakers to give the pol...more
Read More
Careers in Insurance – Seminar
Have you ever thought about a career in insurance? The number of opportunities are vast, and our director ge...more
Read More
Traffic accidents have decreased, but road fatalities are up, new data shows
Kill the speed… Even a small decrease in speed can lead to a decrease in impact severity. Road safety is a...more
Read More
Social Icons