Il-Malta Insurance Association hija mhassba dwar iz-zieda allarmanti fl- incidenti tat-traffiku li qed ikunu ta’ kagun ta’ mwiet jew korrimenti fit-toroq taghna. Matul din is-sena, diga kellna 11 il-fatalita’, filwaqt li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, rajna zieda ta’ 29% fin-numru ta’ nies li korrew kawza ta’ incidenti tat-traffiku meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena l-ohra. Il-Membri ta’ l-Assocjazzjoni ta’ sikwit jigu wicc imbwicc ma’ tragedji personali kif ukoll telf finanzjarju kawzati minn incidenti tat-traffiku. L-MIA tixtieq tiehu din l-opportunita biex turi s-soghba taghha mal-familjari ta’ dawk li tilfu hajjithom fit-toroq taghna kif ukoll ma’ dawk li ghal xi raguni jew ohra soffrew inkonvenjent kawza tal-griehi jew korriment li garrbu.
Bhala rapprezentanti tal-kumpaniji ta’ l-Assigurazzjoni f’Malta, il-Membri taghna jhossu l-htiega li naghtu sehmna f’dan id-dibattitu nazzjonali dwar dak kollu li ghandu x’jaqsam mat-traffiku ghaliex ilkoll nhossu li nistghu nikkontribwixxu b’xi mod. Bhala membri attivi fi hdan il-Malta Road Safety Council li twaqqaf minn Tranpsort Malta fl-2015, ahna inkomplu nesigu u nwettqu fil-prattika soluzzjonijiet prattici sabiex l-importanza ta’ sigurta fit-toroq taghna hija mharsa. Hafna drabi dawn is-soluzzjonijiet prattici huma ta’ piz finanzjarju kbir ghall-istess kumpanniji ta’ l-Assigurazzjoni.
Filwaqt li l-MIA tfahhar il-pass li Transport Malta ghamlet kif wkoll il-forzi ta’ l-ordni u specjalment il-Puluzija bil-hidma taghhom fit-toroq ta’ Malta, qieghed jsir aktar evidenti ghalina l-importanza ta’ nfurzar effettiv fit-tharis tar-regolamenti tat-toroq u s-sewqan.
Filwaqt li l-MIA taqbel mal-kuncett ta’ pieni horox marbuta ma’ ksur ta’ regolament specjalment fil-kaz ta’ sewqan taht l-influwenza ta’ l-alkohol kif wkoll uzu ta’ mobajls waqt is-sewqan, fejn din ta’ l-ahhar saret ferm komuni illum il-gurnata, l-Assocjazzjoni thoss li jista jsir ferm iktar. Mhux talli l-Puluzija ghandha bzonn ir-rizorsi u l-ghodda necessarji sabiex tkun effettiva fl-infurzar tal-ligi, izda ghandha bzonn dawk il-bidliet kollha necessarji fil-ligi sabiex twettaqhom bis-sahha u il-poter li ttiha l-istess ligi. Mhux l-ewwel darba li nisimghu b’kazijiet fejn ix-xorb alkoholiku seta’ kien il-kawza ta’ incidenti izda peress it-test tal-presenza ta’ l-alkohol ma sarx jew ma sarx f’waqtu irrizulta ‘nuqqas ta’ provi li setghu ghenu lil Puluzija biex jippocedu. Kien ghalhekk li l-MIA hadet l-inizzjattiva sabiex tghin lil Puluzija Maltija b’ghotja ta’ 15 il-Breathalyzer Kits f’Dicembru tas-sena li ghaddiet. Filwaqt li l-Assocjazzjoni ghamlet dan il-pass minn jeddha, thoss li dawn il-kits huma mportanti ferm sabiex nkomplu nizguraw is-sigurta fit-toroq taghna u tistenna ghalhekk li jintuzaw b’mod regolari u fejn hemm bzonn. L-MIA hija wkoll tal-fehma li wasal iz-zmien fejn il-Puluzija jkollha is-seta’ li taghmel dawn it-tip ta’ tests fuq sewwieqa b’mod assolutament kazwali u li dawn it-tests jsiru kull darba, b’mod mandatorju, ma’ kull incident serju tat-traffiku. Huwa car li d-deterrent li jgib mieghu test bhal dan mhuwiex jaghti r-rizultati mehtiega ghaliex iktar u iktar sewwieqa jhossu li jistghu jiehdu cans u jirriskjaw jsuqu waqt li jkunu taht l-effett tax-xorb alkoholiku. Dan ir-riskju jittiehed ghaliex jahsbu li wara kollox ic-cans li tinqabad jew li tahbat huwa wiehed zghir. Minghajr ma ninstemghu pessimisti zzejjed, se nibqghu nisimghu b’ahbarijiet tragici fejn nies ikorru jew aghar minn hekk, imutu kawza ta’ l-effett tax-xorb u sewqan bl-addocc jekk ma ssirx xi haga konkreta u minnufih tabiex titaffa din il-problema, li fl-opinjoni tal-MIA hija wahda Nazzjonali.
Il-kwalita tat-tiswijiet li jsiru wara li vettura tkun involuta f’incidenti kif ukoll iz-zamma tal-vetturi huma aspetti ohra li l-MIA ghandha ghall-qalbha u huma relevanti fil-kuntest wiesgha ta’ incidenti tat-traffiku, dan ghaliex il-vetturi li nuzaw ta’ kuljum huma hafna iktar moderni u teknologikament avvanzati milli qatt kienu. Dan johloq xi ftit tat-thassib li n-nuqqas ta’ taghrif aggornat fit-tiswija, l-uzu ta’ prattici antikwati u/jew zbaljati kif wkoll n-nuqqas fl-uzu ta’ ghodod specjalizzati jista jikkompromettu sistemi tas-sigurta’ li vettura kienet moghnija bihom u li qeghdin hemm specifikament sabiex jipprotegu ir-rikkieba kollha. Ghal din ir-raguni uhud mill-Kumpaniji ta’ l-Assigurazzjoni ewlenin illum il-gurnata jiffurmaw parti mill-Motor Insurance Repair Efficiency – grupp mwaqqaf madwar tliet snin ilu. Wahda mill-inizjattivi li ttiehdet kienet li t-tnehdija ta’ sistema li bis-sahha taghha, garaxxijiet involuti f’ dan ix-xoghol ta’ tiswijiet jkollhom il-facilitajiet taghhom spezzjonati u jinhargilhom ‘rating’ skond standards internazzjonali. Din l-inizzjativa tghin sabiex is-sewwieqa jkunu nfurmati tajjeb qabel ma jaghmlu l-ghazla taghhom fejn ghandhom isewwu il-vettura taghhom li kienet involuta f’habta. Dan il-grupp nvolut fil-progett MIRE hadmu mill-qrib ma’ kumpannija rinomata Spanjola – CESVIMAP li ghandha presenza globali u li hija specjalizzata f’dan il-qasam. Mhux inqas minn 68 garaxx li rregistraw b’mod volontarju f’din l-iskema ta’ Quality Vehicle Repairs jew ‘QVR’ diga kienu spezzjonati u issa wasalna fil-process fejn kull wiehed minnhom qed jinghata rendikont dwar il-facilitajiet li kienu spezzjonati u kif dawn jistghu jitjiebu sabiex jitjieb r-rating taghhom. Iktar dwar dan fil-gimghat li gejjin fejn il-pubbliku jkollu l-opportunita biex jsir jaf iktar dwar din l-inizzjattiva tal-grupp MIRE u jaraw b’ghajnejhom iktar garaxxijiet jesponu r-rating taghhom.
L-MIA taghmel appell lis-sewwieqa kollha sabiex jkunu aktar prudenti fis-sewqan taghhom u jkunu konxji mir-riskji li sewqan irresponsabbli jgib mieghu. Hafna drabi, il-konsegwenzi ta’ incidenti li setghu gew evitati jew inkella kagun ta’ traskuragni jibghu jingarru maghna tul hajjitna. Kull min b’xi mod jaghmel uzu mit-toroq taghna, kemm sewwieqa ta’ vetturi u muturi kif wkoll ciklisti, ghandu joqghod attent iktar minn qatt qabel, ghar-riskji fit-toroq taghna li dejjem qeghdin jizdiedu. Ilkoll irridu nifhmu l-importanza tar-regolamenti tas-sewqan li qeghdin hemm bi skop u li hafna drabi jkollna naghmlu tajjeb ghall-izbalji jew traskuragni ta’ haddiehor. Filwaqt li kulhadd ghandu s-serhan tal-mohh li l-asskurazzjoni tghin sabiex ittaffi mil-pizijiet finanzjarji li jgibu maghhom incidenti tat-traffiku, zgur li ma tistax thassar u ttaffi t-trawma li wiehed jgorr mieghu ta’ kuljum jekk kien hu l-kawza ta’ incident ta’ traffiku li rrizultat f’xi fatalita jew korriment. Biex ma nsemmux l-inkonvenjent li jigi wara li jkun sehh xi incident tat-traffiku. Ghalhekk, l-appell tal- Malta Insurance Association huwa wiehed meqjus fejn kull wiehed minna jista jaghmel differenza u ghandu sehem x’jaghti sabiex it-toroq taghna ikunu aktar siguri ghal gid ta’ kulhadd.
Insure with Confidence:
Your Trusted Insurance Hub
It is a non profit-making organisation that represents the views and common interests of all insurance companies in Malta.
More about usMore related news

Insurers see dramatic rise in cost of vehicle repairs
The cost of vehicle repairs has skyrocketed, with some car parts increasing by 350% in price over last year,...more
Read More
Insurance Companies Concerned as Media Reports Unqualified Drivers Passing Driving
Insurance Companies Concerned as Media Reports Unqualified Drivers Passing Driving TestsThe Insurance Associ...more
Read More
Saving lives on our roads
Malta Insurance Association says studies cannot go on foreverMuch has been said and written about the need f...more
Read More
Social Icons